top of page

Saħħet in-Nisa

Fuq din il-paġna ssibu informazzjoni dwar temi relatati mas-saħħa tan-nisa. Jekk taħsbu li għandna nkopru xi temi oħrajn, ibgħatulna messaġġ.

Il-vaċċin tal-HPV u l-programm ta'
cervical screening

Infezzjoni b'HPV, li hu tip ta' virus, hija komuni ħafna u ħafna nies lanqas jindunaw li ħaduh. Iżda f'numru żgħir ta' nies, dan il-virus jista' jikkaġuna kanċer.​

​

Huwa ferm aktar faċli tippreveni infezzjoni b'HPV milli tipprova tikkura l-mard li joħloq. Aqra iktar fuq il-vaċċin kontra l-HPV u l-programm ta' "cervical screening" f'Malta.

Cervical Screening

Raxkament

Raxkament huwa proÄ‹edura komuni ħafna li għandu numru ta’ użi. Jintuża fit-trattament ta' nisa tqal u fuq nisa li jaraw id-demm wara l-menopawża.

 

Bħal kull proċedura oħra, hemm ċerti kumplikazzjonijiet li jistgħu jseħħu matul jew wara raxkament.

d&c.png

Meta jinfaqa' l-ilma qabel iż-żmien (PPROM)

Il-PPROM hija kumplikazzjoni tat-tqala li sseħħ meta l-ilma jinqasam kmieni wisq. It-trattament ta’ PPROM ivarja skont l-istadju tat-tqala meta jiÄ¡ri.

​

Sfortunatament, in-nisa f’Malta li jsofru PPROM fl-ewwel 24 Ä¡imgħa tat-tqala, qabel ma l-fetu jkun jista’ jgħix barra mill-Ä¡uf, ma jiÄ¡ux offruti abort minħabba liÄ¡ijiet restrittivi. Dan jista' jkun ta' riskju serju għal saħħithom u ħajjithom.

Untitled design - 2021-09-11T204350.338.png
bottom of page