Kondoms

Il-kondoms huma l-uniċi kontraċettivi li joffru kemxejn protezzjoni kontra mard trasmess mis-sess, għaliex fiżikament inaqqsu l-kuntatt bejn il-ġenitali waqt is-sess.

Meta jintużaw perfettament, il-kondoms joffru protezzjoni ta' 98% kontra tqala. Iżda huwa diffiċli tużhom perfettamet, allura għal ħafna koppji l-protezzjoni hija ta' madwar 85%. Kontraċettivi oħrajn għandhom inqas ċans li jfallu, u hija idea tajba li mara tikkunsidra tuza kontraċettiv addizzjonali bħall-pill jekk zgur ma tridx tinqabad tqila.

L-iktar kondoms komuni huma dawk li jilbes ir-raġel madwar il-pene. Jeżistu kondoms għan-nisa.

Kif tixtri l-condoms f'Malta:

Kondoms tal-irġiel huma komuni ħafna madwar Malta u Għawdex, u jistabu f'kull spiżerija, f'ħafna supermarkets, u f'ċertu toilets ta' stabbilimenti inkluż fl-Universita' ta' Malta. Tista' wkoll tixtrihom onlajn minn ħwienet bħal Pleasure Malta. Condoms tal-irġiel iqumu madwar 1 EUR kull waħda.

 

Jekk qed issibha diffiċli tħallas il-prezz normali tal-condoms, jew tħossok skomdu/a tixrihom minn spiżerija, tista' tordna l-condoms mingħand FPAS Malta.

Il-maġġoranza huma magħmulin minn latex, iżda jekk għandek allergija għall-latex tista' ssib kondoms mingħir latex fi spiżeriji.

Il-kondoms tan-nisa mhumiex daqshekk popolari f'Malta, iżda jistgħu jinxtraw onlajn minn Pleasure Malta.

Dejjem aħżen il-condoms f'post mhux xemxi, u użhom qabel jiskadu. Iċċekkja li l-kondoms li tuża huma ta' kwalita' u li għandhom il-European CE jew BSI kite mark.

Untitled design-10.png

Kif tuża l-kondom maskili:

- Iftaħ il-pakkett, u attent li ma toqrosx il-kondom. Tużax snien, imqassijiet, jew skieken biex tiftaħ il-pakkett.

- Agħfas it-tarf tal-kondom biex toħroġ l-arja u poġġi l-kondom fuq il-pene erett. Ifrex il-kondom kollu s'isfel tal-pene.

- Wara s-sess neħħi l-kondom mil-ewwel u oqgħod attent li l-likwidu ma joħroġx mil-kondom.

Untitled design-11.png

Kif tuża l-kondom femminili:

- Iftaħ il-pakkett, u attenta li ma toqrosx il-kondom. Tużax snien, imqassijiet, jew skieken biex tiftaħ il-pakkett.

- Agħfas iċ-ċirku żgħir fin-naħa l-magħluqa tal-kondom u daħħlu sew fil-vaġina. Iċ-ċirku kbir fejn il-kondom tiftaħ irid jgħatti d-daħla tal-vaġina.

- Qis li l-pene tidħol ġol-kondom, mhux tgħaddi minn ma' ġenb il-kondom għal ġol-vaġina.

- Wara s-sess neħħi l-kondom mil-ewwel u oqgħod attenta li l-likwidu ma joħroġx mil-kondom. Agħfas sew iċ-ċirku l-kbir waqt li tneħħiha biex ma xxerridx ta' ġo fiha.

Ma tistax:

- Tuża kondom iktar minn darba.

- Tilbes iktar minn kondom wieħed għaliex jitqattaw ma' xulxin.

- Tuża lubrikanti bbażati fuq iż-żejt. Lubrikanti bbażati fuq l-ilma jistgħu jintużaw.

Jekk taħseb li hemm ċans li l-kondom inqasmet, jew ħareġ minnha l-isperma, huwa importanti li l-mara tieħu l-morning after pill jekk din ma tridx tinqabad tqila. Jekk hemm riskju ta' mard sesswali huwa importanti li tara tabib minnufih.

Araw dan il-vidjow fuq il-kondoms:

Għad għandek xi mistoqsijiet dwar il-kondoms? Fittex fin-Knowledge Base (bl-Ingliż).