FPAS Malta - Servizz ta' Informazzjoni Favur l-Għażla
L-FPAS (Servizz ta' Parir għall-Ippjanar tal-Familja u t-Tqala) huwa inizjattiva ta' Doctors for Choice, Women for Women, u Women's Rights Foundaton. L-FPAS jipprovdi informazzjoni dwar l-għażliet riproduttivi lil nies f’Malta.
Il-voluntiera tal-FPAS huma favur l-għażla u ma jiġġudikawx. L-FPAS għandu l-għan li jagħti s-setgħa lin-nisa billi jagħti informazzjoni, pariri, u appoġġ biex jippermettilhom jagħmlu għażliet infurmati.
Tista' tistaqsina li trid dwar is-saħħa riproduttiva, u l-voluntiera mħarrġa tagħna jipprovdu informazzjoni affidabbli u imparzjali. Jistgħu jirreferuk ukoll għal servizzi oħra favur il-għażla u professjonisti jekk ikun hemm bżonn.
Ċempel lil FPAS fuq 2778 0037 jew 2034 1686.
Jekk inkunu okkupati u ma nistgħux inwieġbuk, jekk jogħġbok ħalli ismek u n-numru tat-telefon u nċemplulek lura.
Żur il-websajt tal-FPAS www.fpas.mt
F'Malta, fejn id-drittijiet riproduttivi għadhom lura kumparat ma' pajjiżi oħra Ewropej, in-nisa jistgħu jsibuha diffiċli biex jiksbu informazzjoni dwar l-għażliet riproduttivi. L-FPAS għandu l-għan li jissodisfa l-ħtiġijiet tagħhom. FPAS jipprovdi:
-
Informazzjoni lil nisa tqal dwar għażliet fuq it-tqala inkluż informazzjoni fuq l-abort u informazzjoni dwar servizzi ta' appoġġ għal nisa tqal. Jistgħu jirreferuk ukoll għand Abortion Support Network jekk għandek bżonn għajnuna finanzjarja.
-
Informazzjoni u konsultazzjonijiet dwar kontraċezzjoni, u għinuna għal dawk li ma jistgħux jiksbu kontraċezzjoni minħabba raġunijiet finanzjarji.
-
Pariri u appoġġ minn voluntiera u professjonisti mħarrġa.
-
Is-servizzi ta' FPAS huma kollha b'xejn.
-
Aktar servizzi jistgħu jitħabbru fil-futur, għalhekk jekk jogħġbok kompli segwi l-FPAS fuq il-websajt tagħhom www.fpasmalta.info