top of page

Il-Morning After Pill f'Malta

Qed issib diffikulta' tixtri l-morning after pill f’Malta jew Għawdex? Ikkuntattja lill-voluntiera tagħna tal-FPAS fuq 27780037 jew permezz taÄ‹-chat fuq www.fpas.mt u jgħinuk.

Il-morning after pill (magħrufa wkoll bħala l-pillola tal-għada filgħodu) hija tip ta' kontraċettiv li jaħdem malajr, u tissejjaħ ukoll kontraċettiv t'emerġenza. Din tista' tintuża minn nisa jew minn persuni transgender li jistgħu jinqabdu tqal. Il-morning after pill tista' tintuża wara sess mhux protett (jiġifieri meta ma ntuża l-ebda kontraċettiv ieħor) jew meta intuża kontraċettiv ieħor li falla (per eżempju meta l-kondom tinqasam jew tinsa tieħu xi dożi tal-pill ta' kuljum).

​

L-EllaOne, tip ta' morning after pill li fiha l-ingredjent ulipristal, tista' tintuża sa' ħamest ijiem wara s-sess. Morning after pills oħrajn fihom l-ingredjent Levonorgestrel u jistaw jintużaw sa' tlett ijiem wara s-sess. Bħala regola ġenerali, iktar kemm morning after pill tintuża malajr, iktar din għandha ċans tipproteġi kontra t-tqala.

​

Il-morning after pill ma tipproteÄ¡ix kontra mard trasmess mis-sess. Jekk taħseb li hemm riskju ta' dan il-mard, kellem lit-tabib tal-familja jew żur il-GUM clinic.

 

Il-morning after pill tista' tinxtara f'Malta mingħir bżonn ta' riċetta tat-tabib.

Fatti importanti dwar il-morning after pill

  • Il-morning after pill tippreveni madwar 75% ta' tqaliet. Iktar kemm tittieħed malajr, iktar għandha Ä‹ans li taħdem.
     

  • Jekk tirremetti fl-ewwel sagħtejn wara li tieħu l-morning after pill (jew fl-ewwel tliet siegħat jekk ħadt l-EllaOne), għandek terÄ¡a tieħu morning after pill oħra.
     

  • M'hemmx limitu fuq kemm drabi mara tista tuża l-morning after pill, iżda fil-futur għal użu regolari jagħmel iktar sens tuża kontraÄ‹ettiv ieħor bħall-pillola regolari. KontraÄ‹ettivi oħra huma orħos mill-morning after pill u huma iktar effettivi biex jipprevjenu t-tqala. Agħfas hawn biex taqra iktar fuq kontraÄ‹ettivi oħra f'Malta.
     

  • Nisa li jieħdu l-morning after pill ma jsofru l-ebda nuqqas ta' fertilita', u jista jkollhom tfal b'mod normali fil-futur.
     

  • Il-morning after pill taħdem billi ma tħallix il-mara tinqabad tqila. Il-morning after pill ma tikkaÄ¡unax abort, u mhix pillola abortiva.
     

  • Persuni transgender li jieħdu testosterone jistgħu jużaw il-morning after pill, u din ma tagħmilx effett femminizzanti.

Prezz u tipi differenti ta' morning after pills

F'Malta il-prezz tal-morning after pills huwa normalment bejn 15 EUR u 40 EUR. L-EllaOne hija ġeneralment iktar għalja mill-morning after pills l-oħrajn.

​

Hemm żewġ tipi ewlenin ta' morning after pills:

EllaOne Malta

EllaOne fiha l-ingredjent ulipristal acetate. Din taħdem billi twaqqaf il-bajda tal-mara milli tiÄ¡i mitluqa (ovulazzjoni), u għalhekk tneħħi l-possibilta' ta' tqala. L-EllaOne għandha tintuża kemm jista' jkun malajr wara s-sess, imma tista' taħdem sa' ħamest ijiem (120 siegħa) wara s-sess. M'hemmx bżonn doża differnti għal nisa li jiżnu ftit iktar. Dawk in-nisa li jsofru minn asthma qawwija jew mard sever tal-fwied għandhom ikellmu tabib qabel jieħdu din il-mediÄ‹ina.

​

L-EllaOne hija ġeneralment meqjusa bħala l-aktar morning after pill effettive minnhom kollha.

 

Tista tikseb iktar informazzjoni fuq EllaOne billi taqra dan id-dokument (bl-Ingliż). Hemm ukoll iktar informazzjoni fuq il-websajt ta' EllaOne: www.ellaone.co.uk

Levonelle Malta
Escapelle levonorgestrel Malta

Il-Morning After Pills l-oħra fihom il-medikazzjoni levonorgestrel, li hija tip ta kemikal li jaħdem ukoll billi jwaqqaf l-ovulazzjoni. Il-pilloli li fihom levonorgestrel jistgħu jittieħdu sa 3 ijiem (72 siegħa) wara s-sess. Nisa li huma obeżi jista' jkollhom bżonn jieħdy doża doppja ta' pilloli bbażati fuq levonorgestrel. Levonelle u Escapelle huma Morning After Pills li fihom levonorgestrel ta' doża 1.5g u huma disponibbli f’Malta.

​

Il-websajt ta' Escapelle tippermettilek issib spiżeriji li jbigħuha, u tkopri wkoll lil Malta:

https://escapelle.com/how-to-get-escapelle/pharmacy-finder/

Effetti sekondarji tal-morning after pills

L-effetti sekondarji tal-morning after pills normalment ikunu ħfief u jmorru wara ftit ġranet. L-aktar effetti sekondarji komuni huma uġigħ ta' ras, tqalliegħ u dardir, u uġigħ fl-istonku. Spotting (demm ħafif mill-vaġina) huwa ukoll komuni wara li tuża morning after pill.

​

Huwa normali li wara li tuża morning after pill il-period li jmiss ikun iktar ħafif jew iktar qawwi mis-soltu, u jkun iktar kmieni jew iktar tard mis-soltu. Jekk trid tkun ċerta ħadmitx il-morning after pill, tista' tagħmel test tat-tqala sensittiv bħal Clearblue minn sitt ijiem qabel imissek il-period.

​

​

Jekk tieħu ukoll il-pillola kontraċettiva regolari (il-pill)...

​

Jekk tinsa' tieħu l-pill kif suppost, tista' tieħu morning after pill biex ma tinqabadx tqila. Jekk tuża morning after pill li fiha Levonorgestrel (jiÄ¡ifieri Escapelle jew Levonelle), tista' terÄ¡a tibda l-pill regolari minnufih wara li tieħu l-morning after pill. Pero' jekk tuża l-EllaOne, li fiha Ulipristal, għandek tistenna ħamest ijiem qabel terÄ¡a tibda' l-pill regolari. Dan għaliex Ulipristal jista' jwaqqaf il-pill rogolari milli taħdem.

​

Jekk tieħu morning after pill u mbagħad terġa tibda tieħu l-pill regolari, għandek tuża ukoll condom sal-period li jmiss. Dan għaliex il-pill regolari ddum ma terġa taħdem wara li tkun waqqaftha.

Kif tixtri l-morning after pill f'Malta u Għawdex

Il-morning after pills huma disponibbli minn bosta spiżeriji madwar Malta u Għawdex u m'hemmx bżonn ta' riÄ‹etta ta' tabib. Madankollu, l-ispiżjara individwali jitħallew joÄ¡Ä¡ezzjonaw milli jbiegħu il-morning after pills. Dan ifisser li Ä‹erti spiżjara jistgħu jirrifjutaw li jbigħulek il-morning after pill, iżda huma obbligati jirreferuk għand spiżjara oħra li jkunu lesti jbiegħuha. Bħala professjonisti, l-ispiżjara kollha għandhom jittrattaw il-klijenti bla preÄ¡udizzju u jżommu l-kunfidenzjalità.

 

Il-websajt pharmacy.com.mt għandha lista ta’ spiżeriji f’Malta li jbiegħu l-morning after pills hawnhekk. Jekk l-ispiżerija tiegħek mhix fuq il-lista, xorta waħda inħeÄ¡Ä¡uk iÄ‹Ä‹empillhom u tistaqsihom għandhomx il-morning after il-pill.

​

Jekk għandek bżonn tixtri l-morning after pill nhar ta' Ħadd jew f'festa pubblika, ftakar li mhux kull spiżerija tiftaħ f'dawn il-Ä¡ranet. IÄ‹Ä‹ekja r-rostru ta' spiżeriji miftuħin hawnhekk.

​

Jekk qed issib xi diffikulta' biex tixtri l-morning after pill f'Malta, Ä‹empel lil FPAS Malta fuq 27780037 għall-għajnuna. Noffru wkoll servizz li permezz tiegħu nipprovdulek riÄ‹etta ta' tabib għal morning after pill għal EUR 1 biss. RiÄ‹etta tat-tabib tista' tkun ta' għajnuna jekk issibha diffiÄ‹li biex tikseb il-morning after pill b'mod normali, per eżempju jekk tħossok skomda twieÄ¡eb mistoqsijiet personali fi spiżerija jew jekk għandek xi kundizzjoni medika li tista' Ä¡Ä¡iegħel lill-ispiżjara jiddubitaw jekk jistgħux ibiegħulek il-morning after pill. Għal aktar informazzjoni dwar dan is-servizz agħfas hawn.

Tista' ssib ukoll spiżeriji li jbigħu il-morning after pill fil-belt jew raħal tiegħek fuq din il-mappa. Din il-mappa kienet preparata minn Volt Malta.

Kif tixtri morning after pill għal użu fil-futur

L-ispiżeriji f'Malta Ä¡eneralment ma jipprodux il-morning after pill għal użu fil-futur, allavolkja dan isir f'pajjiżi oħra. Pero, tista' tixtri l-EllaOne onlajn b'mod legali minn din l-ispiżerija Spanjola u żżommha d-dar sakemm tiÄ¡i bżonnha. Il-pakketti minn din l-ispiżerija normalment jaslu Malta fi żmien Ä¡imgħatejn.

Id-drittijiet tiegħek meta qed tixtri l-morning after pill

​​​

  • Spiżjara li jirrifjutaw li jbigħu l-morning after pill għal raÄ¡unijiet morali huma obbligati jindikawlek fejn tista tixtri l-morning after pill.
     

  • Bħala professjonisti, spiżjara huma taħt obbligu li jitrattaw kull klijent tagħhom b'dinjita', rispett, u b'mod kunfidenzjali. Jekk taħseb li dan ma sarx, għandek dritt tagħmel ilment mal-ispiżerija jew l-awtoritajiet.
     

  • F'Malta l-morning after pill hija disponibbli mingħir riÄ‹etta tat-tabib, iżda spiżjar jista' jirreferik għal tabib jekk għandek xi kundizzjoni medika li tista tagħmel il-morning after pill riskjuża.
     

  • M'hemmx limitu fuq kemm 'il darba tista' tixtri l-morning after pill.
     

  • F'Malta, b'mod Ä¡enerali persuni 'l fuq mill-eta' ta' 16-il sena għandhom dritt jiddeÄ‹iedu huma fuq saħħithom. L-eta' li wieħed jista' jagħti kunsens għas-sess hija ukoll ta' 16-il sena. Allura, persuna ta' 16 u 17-il sena m'għandhomx ikunu imxekkla milli jixtru u jużaw il-morning after pill.

morning after pill, kontraċezzjoni wara s-sess, kontraċezzjoni t'emerġenza, ellaone, levonelle, escapelle, Malta

Żvantaġġ sinifikanti huwa li l-morning after pill bħalissa mhix disponibbli fl-isptar pubbliku. Din hija problema għan-nisa li jiddaħlu l-isptar (per eżempju wara stupru) u li jixtiequ jużaw il-morning after pill. Dak li ġeneralment jiġri f'dawn is-sitwazzjonijiet huwa li ħabib jew qarib jiġi mitlub jixtri l-morning after pill minn spiżerija privata. Bħala tobba aħna nemmnu li dan huwa inqas minn ideali u nemmnu li l-morning after pill għandha tingħata lil każi ġenwini fl-isptar pubbliku.

Għad għandek mistoqsijiet dwar il-morning after pills? Fittex tweÄ¡ibiet fin-Knowledge Base tagħna.

Facts
Cost and Types
Side effects
Buy morning after pill in Malta
Morning after pill for future use
Your rights
bottom of page