![Malta First Rally for Choice 28 Septembe](https://static.wixstatic.com/media/14354c_bdbc31bfb15c4ba3991c4b08352a2b6f~mv2.jpg/v1/crop/x_0,y_57,w_1719,h_903/fill/w_600,h_315,al_c,q_90,enc_auto/Malta%20First%20Rally%20for%20Choice%2028%20Septembe.jpg)
Aħna favur id-drittijiet riproduttivi tiegħek
Il-Missjoni Tagħna
Il-missjoni tagħna hija li nippromwovu kura tas-saħħa komprensiva sesswali u riproduttiva li hija sigura, ekwa u aċċessibbli.
L-Għanjiet Tagħna
Għandna erba' għanijiet ewlenin:
-
Naħdmu favur edukazzjoni sesswali u riproduttiva komprensiva f'Malta
-
Nippromwovu kontraċezzjoni komprensiva u aċċessibbli liberament f'Malta
-
Naħdmu favur id-dekriminalizzazzjoni tal-abort f’Malta
-
Naħdmu favur tibdiliet fil-liġu li jippermettu servizzi tal-abort siguri, ekwi u aċċessibbli f'Malta
Min Aħna
Aħna assoċċjazzjoni ta’ tobba (VO/1816) minn numru ta’ speċjalizzazzjonijiet differenti li jemmnu li f’Malta għandu jkun hemm id-dritt ta’ għażla għall-abort (terminazzjoni tat-tqala), u li dan isir b’mod legali u sigur. Aħna kollha tobba li nipprattikaw f’Malta jew li għandna konnessjoni ma’ Malta, u ninsabu nkwetati bis-sitwazzjoni legali preżenti li ma tħallix lin-nisa f’Malta jagħżlu l-abort fl-ebda ċirkostanza, lanqas meta t-tqala tkun ta’ dannu għas-saħħa fiżika jew mentali tagħhom.
Aħna m’aħniex l-uniċi tobba jew professjonisti li naħsbuha b’dan il-mod. Fil-fatt kull organizzazzjoni internazzjonali reputabbli, bħal l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) u r-Royal Society of Obstetricians & Gynaecologists (RCOG), jirrikomandaw li n-nisa ta’ kull pajjiż ikollhom aċċess sigur u legali għall-abort. Il-WHO qalet: “F’pajjiżi fejn l-abort huwa ristrett ħafna bil-liġi, l-abort sigur sar il-privileġġ ta’ dawk li għandhom il-flus, filwaqt li dawk in-nisa li m’għandhomx flus ma jkollhomx għażla oħra ħlief li jirrikorru għal providers li m’humiex siguri u kwalifikati.” Aħna nemmnu li dan jirrifletti s-sitwazzjoni f’pajjiżna – sitwazzjoni li m’hijiex aċċettabbli.
Għaldaqstant se nibdew kampanja ta’ informazzjoni, b’kollaborazzjoni ma’ Voice for Choice – L-Għażla Tagħha biex naqbżu ghad-dritt tal-għażla għall-abort f’Malta, dritt li diġa’ għandhom oħrajn f’kull pajjiż membru ieħor tal-Unjoni Ewropea. Aħna qegħdin hawn biex kull persuna, irrispettivament mill-ġeneru, etniċita’, twemmin u eta’, tiġi rrispettata u protetta f’kull għażla.
Aġġornament : Mis-6 ta’ Diċembru 2019, Doctors for Choice (Malta) saret organizzazzjoni msieħba ma’ Global Doctors for Choice (GDC). Global Doctors for Choice hija netwerk internazzjonali ta’ tobba li huma favur id-drittijiet riproduttivi u l-aċċess għal kura tas-saħħa riproduttiva komprensiva, inklużi abort sigur u kontraċezzjoni. GCD trawwem it-trasferiment transnazzjonali tal-aħjar prattiki fil-promozzjoni tas-saħħa riproduttiva billi tappoġġja u tgħaqqad tobba mid-dinja kollha u mid-dixxiplini mediċi kollha. Global Doctors for Choice għandha tim ta' koordinazzjoni bbażat fl-Istati Uniti u għandu membri individwali u organizzazzjonijiet imsieħba minn madwar id-dinja kolla. Aqra iktar fuq il-GDC: www.globaldoctorsforchoice.org