Il-Vjaġġ Fantastiku tal-Ġisem Tiegħi minn Dr Natalie Psaila
Il-Vjaġġ Fantastiku tal-Ġisem Tiegħi huwa ktieb edukattiv għat-tfal dwar is-sesswalita' miktub minn Dr Natalie Psaila. Il-ktieb jiddiskuti l-pubertà, il-bijoloġija, il-kunsens, is-sesswalitajiet differenti, il-kontraċezzjoni u aktar, b'tipa faċli biex tinqara u lingwaġġ aċċessibbli. Huwa disponibbli kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-Malti.
Dan il-ktieb huwa bla ħlas għall-użu mill-pubbliku ġenerali, inkluż il-ġenituri u l-għalliema. Donazzjonijiet lil Doctors for Choice ikunu apprezzati, u dawn jgħinuna nipproduċu aktar materjal edukattiv fil-futur.
Biex titlob kopja stampata jekk jogħġbok ikkuntattja lil Dr Natalie Psaila bl-email.
Biex tniżżel il-ktieb f'verżjoni diġitali, jekk jogħġbok uża l-links li ġejjin:
Dwar l-Awtriċi
Natalie Psaila MD, MMCFD, MRCGP (Int) għandha żewġt itfal żgħar u hija tabiba speċjalizzata fil-Mediċina tal-Familja. Hija tippromwovi s-saħħa riproduttiva u hija wkoll attivista għad-drittijiet tal-mara. Natalie hija involuta sew fit-taħriġ u t-tagħlim tat-tobba tal-familja tal-futur ta’ Malta.