top of page

Il-Pilloli Kontraċettivi

Il-pillola kontraċettiva orali (OCP), jew "il-pill" fil-qosor, hija waħda mill-aktar metodi popolari ta' kontraċezzjoni użati f'Malta. Bħalissa hija disponibbli biss għan-nisa, għalkemm qed tiġi żviluppata pillola għall-irġiel.

​

​

X'jiġri matul iċ-ċiklu mestrwali tal-mara?

​

Mara għandha żewÄ¡ ovarji u kull waħda fiha eluf ta’ bajd immaturi. Kull xahar, l-ormoni tal-mara jikkawżaw li ftit minn dawn il-bajd jibdew jimmaturaw, sakemm wieħed, jew kultant tnejn, jinħelsu fit-tubi tal-utru. Din tissejjaħ ovulazzjoni. Il-bajda tivvjaÄ¡Ä¡a 'l isfel mit-tubi fl-utru. Jekk tiltaqa' ma' Ä‹ellola tal-isperma, tingħaqad biex tifforma bajda fertilizzata.

​

Sadanittant, il-ħajt tal-utru jibda jeħxien biex jipprepara għall-impjantazzjoni tal-bajda fertilizzata. Il-bajda nnifisha terħi ormoni li jżommu l-ħajt tal-utru intatt.

​

Jekk ma ssirx fertilizzazzjoni, il-bajda tintilef. Ladarba ma jkunx hemm aktar provvista ta' ormoni mill-bajda, il-ħajt tal-utru jibda jitkisser, u jibda l-period ta' kull xahar tal-mara.

​

Ormoni differenti jinsabu fil-logħob matul dan iċ-ċiklu li jiġri bejn wieħed u ieħor kull 28 jum.

​

​

X'inhi l-pill?

​

Il-pillola kontraċettiva fiha ormon wieħed jew tnejn li jwaqqfu l-ovulazzjoni, jew ir-rilaxx tal-bajda, u b'hekk tipprevjeni t-tqala. Jekk tittieħed sewwa, tipprevjeni t-tqala f'madwar 99% tan-nisa, iżda minħabba li hemm ċans li tinsa tieħu l-pill fil-ħin, l-effiċjenza tal-pill hija ta' madwar 91% għal ħafna nisa.

​

Hemm żewġ tipi ewlenin ta' pilloli kontraċettivi.

combined oral contraceptive pill

Pilloli Kkombinati fihom żewÄ¡ ormoni - estroÄ¡enu u progestogen - u huma l-iktar popolari. Dawn jinkludu Adele, Yaz, Yasmin, Yasminelle, Mercilon, Nelya, Vreya, u Qlaria.

lamya-2_edited_edited.png

Pilloli Progestogen-Only (magħrufa wkoll bħala mini-pill) fihom ormon wieħed biss - progestogen (imsejjaħ Desogestrel). Lamya hija mini-pill li hija disponibbli f'Malta. Barra minn Malta hija magħrufa bħala Cerazette. Mini-pills jistgħu jkunu inqas effettivi minn pilloli kkombinati għall-prevenzjoni tat-tqala, speċjalment jekk pillola tittieħed tard.

​

​

Kif nista' nikseb il-pilloli kontraċettivi f'Malta?

​

Ara lit-tabib tiegħek (tabib tal-familja jew ġinekologu) għal riċetta għal pilloli kontraċettivi. Tista' tikseb riċetta fit-tul; f'Malta, dan ifisser li tkun valida għal 6 xhur jew 12-il xahar. Tista' tixtri l-pilloli kontraċettivi b'riċetta tat-tabib minn kwalunkwe spiżerija f'Malta u Għawdex. Ladarba r-riċetta tiskadi, erġa' ara lit-tabib tiegħek għal oħra.

​

Il-pill ġeneralment tiġi tiswa 8 sa 12-il Ewro fix-xahar, skond id-ditta tal-pill.

​

​

Kif tittieħed il-pill?

​

Għall-pilloli kkombinati:

​

Kull pakkett Ä¡eneralment ikollu 21 pillola li jkun fihom mediÄ‹ina ormonali. Xi ditti għandhom pakketti b'21 pillola ormonali u 7 pilloli vojta (jew placebo). Ditti oħra għandhom proporzjonijiet differenti ta’ pilloli ormonali u pilloli vojta, per eżempju 24 pillola ormonali u 4 vojta. Pilloli vojta jista' jkollhom kulur differenti mill-pilloli ormonali.

​

Ħu l-pilloli kollha, waħda waħda, sakemm jispiċċa l-pakkett. Jekk qed tieħu pakkett ta' 28 pillola, ibda pakkett ġdid hekk kif wieħed jispiċċa. Jekk il-pakkett tiegħek fih 21 pillola, agħmel sebat ijiem mingħajr pilloli qabel tibda pakkett ġdid. Kun żgur li tiftakar li terġa tibda wara s-sebat ijiem inkella tista' tinqabad tqila.

​

Waqt il-break mill-pilloli jew waqt li tieħu l-pilloli vojta (placebo) tista' tistenna li tara d-demm qisu period ħafif.

​

Għall-pillola progestogen-only (POP) jew mini-pill:

​

Kull pakkett ta' Lamya fih 28 pillola. Ħu pillola kuljum u ibda pakkett ieħor malli jispiċċa, mingħajr break. Tista' tara tqattir tad-demm (spotting) waqt li tuża l-mini-pill.

​

Trid tieħu l-pill kuljum fl-istess ħin. Dan huwa importanti ħafna speċjalment jekk tuża l-mini-pill.

​

Jekk issibha diffiċli biex tiftakar tieħu l-pill, l-issetta alarm li tirrepeti kuljum fuq il-mobile tiegħek.

​

Jekk għandek xi diffikultà jew m'intix Ä‹erta kif għandek tieħu l-pill, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek għal parir.

Untitled design (1).png

X'jiġri jekk ninsa tieħu l-pill?

​

Għall-pilloli kkombinati:

​

Jekk tittardja aktar minn tnax-il siegħa minn meta kellek tieħu l-pill, dan ifisser li mmisjajt id-doża. Il-fuljett ta' informazzjoni li jiġi fil-pakkett tal-pill jgħidlek eżatt kemm tista' tittardja qabel ma tkun immisjajt doża.

​

Jekk tinsa tieħu pillola waħda, ħudha malli tiftakar, anke jekk tispiċċa tieħu żewġ pilloli f'daqqa. Xorta tibqa' protetta kontra t-tqala jekk tinsa tieħu pillola waħda biss.

 

Jekk tinsa tieħu żewÄ¡ pilloli jew aktar, aqra l-fuljett ta' informazzjoni li jiÄ¡i mal-pill għal parir dwar x'għandek tagħmel, jew fittex il-parir tat-tabib tiegħek. Meta tinsa tieħu żewÄ¡ pilloli jew aktar tkun f'riskju ta' tqala, allura kun żgur li tuża kondoms jekk ikollok x'taqsam ma' xi ħadd fis-sebat ijiem ta'wara. Jekk diÄ¡a' kellek x'taqsam ma' xi ħadd u mmisjajt żewÄ¡ pilloli jew aktar, ikkunsidra tieħu morning after pill.

​

Għall-pillola progestogen-only (POP) jew mini-pill:

​

Jekk tittardja b'aktar minn tliet siegħat minn meta kellek tieħu l-pill, dan ifisser li mmissjajt id-doża (jew 12-il siegħa jekk l-ingredjent attiv tal-mini-pill tiegħek huwa Desogestrel). Sfortunatament, il-mini-pill jitilfu l-effett aktar malajr mill-pilloli kkombinati. Jekk timmisja dosa waħda tal-mini-pill tkun f'riskju ta' tqala. Ħu l-mini pill malli tiftakar u mbagħad uża l-kondoms għall-jumejn ta' wara. Jekk diÄ¡a' kellek x'taqsam ma' xi ħadd dan l-aħħar, ikkunsidra tieħu morning after pill.

​

​

X'jista' jikkawża li l-pill tieqaf taħdem?

 

Jekk jaqbdek id-dijarea jew tirremetti, il-pill tista' ma tkunx assorbita sewwa u tista' tieqaf taħdem. Għandek tuża kontraċettivi oħra, bħal kondom, sakemm jaddilek id-dijarea jew id-dardir.

 

Xi mediċini, bħal ċerti antibijotiċi u mediċini kontra l-aċċessjonijiet, jistgħu wkoll iwaqqfu l-pill milli taħdem. Dejjem għid lit-tabib li int fuq il-pill qabel ma jagħtuk mediċini oħra, u staqsihom jekk iwaqqfux il-pill milli taħdem.

​

Jekk tuża l-morning after pill, il-pillola kontraċettiva ta' kuljum tista' ma taħdimx għall-bqija ta' dak ix-xahar u għalhekk għandek tuża kondom ukoll.

​

​

Hemm xi effetti sekondarji (side effects)?

​

Iva, bħal kull mediċina oħra il-pill jista' jkollha ċertu side effects. Ċertu nisa jħossuhom imdardrin, minfuħin, u tista' taqbadhom uġieħ ta' ras. Dan is-sintomi normalment jitilqu waħedhom hekk kif il-ġisem jidra l-mediċina.

​

Jekk is-side effects idejquk u ma jitilqux, kellem lit-tabib tiegħek. Tista tipprova tip iehor ta' pill jew tuża kontraċettiv ieħor.

​

​

Il-pillola tista' tintuża bħala trattament?

​

Iva, tobba jużaw il-pill biex jittrattaw diversi problemi inkluż ovarian cysts, acne and period irregolari.

​

​

X'inhuma l-vantaġġi li tieħu l-pillola bħala kontraċettiv?

​

Il-pill tgħin il-periods isiru regolari, u f'xi nisa tagħmilhom eħfef u b'inqas uġigħ. Il-pill tista' wkoll tnaqqas is-sintomi pre-mestrwali (PMS).

​

Hemm studji li juru li l-pill tista’ tipproteÄ¡i lill-mara minn Ä‹ertu mard bħall-kanÄ‹er fl-ovarji u benign breast lumps. Din il-protezzjoni tista' ddum sa 15-il sena wara li titwaqqaf il-pillola.

​

Huwa faċli tikseb il-pill f'Malta u ladarba jkollok riċetta tista' tixtriha minn kwalunkwe spiżerija.

​

​

Hemm xi żvantaġġi?

​

Il-pill ma tipproteġix kontra mard trasmess sesswalment. Jekk hemm riskju ta' dan il-mard għandhom juntużaw il-kondoms.

 

Il-pill m'hix addattata għal nisa li jsofru minn pressjoni għolja, kundizzjonijiet li jħaxxnu d-demm, jew li kellhom trombosi fil-passat. It-tabib jgħinek tiddeċiedi jekk il-pill hix addattata għalik jew le.

​

Ara dan il-vidjow fuq il-pilloli kontraÄ‹ettivi (bil-Malti):

Għad għandek xi mistoqsijiet dwar pilloli kontraċettivi? Fittex fin-Knowledge Base (bl-Ingliż).

bottom of page