
Il-Kampanja Tagħna
Hawn isfel issibu links għal paġni b'informazzjoni dwar il-kampanja tagħna.
Doctors for Choice Malta hija favur edukazzjoni sesswali kompluta, l-proviżjoni ta' kontraċettivi affordabbli u aċċessibli, li l-abort ma jibqax reat kriminali, u li jkn hemm servizzi siguri u legali tal-abort f'Malta.
Kampanja ta' Informazzjoni
Hawnhekk issibu numru ta' biċċiet ta' informazzjoni li ppublikajna fuq il-midja soċjali biex inżidu l-għarfien tal-pubbliku Malti fuq diversi suġġetti relatai mas-saħħa sesswali u drittijiet riproduttivi.

Dekriminalizzazzjoni tal-Abort
L-att ta' abort m'għandux jibqa jitqies bħala reat kriminali, speċjalment għall-mara involuta. L-abort għandu jitqies bħala kull proċedura medika u kirurgika oħra, u m'għandux jibqa ppenalizzat fil-Kodiċi Kriminali ta' pajjiżna.

Pożittività Sesswali
Li tkun pożittiv dwar is-sess ifisser li tikkunsidra s-sess kunsenswali fil-forom kollha tiegħu bħala pożittiv u b'saħħtu, u li tkun favur edukazzjoni sesswali komprensiva, favur l-użu ta' kontraċettivi moderni, u favur l-abort legali u sigur.
.png)
Immaġini mil-Kampanja Tagħna
Hawn issibu immaġini u ritratti pro-choice li ntużaw fuq il-media soċjali. Jekk tixtiequ, addattawhom u qassmuhom.

Stejjer tal-Abort
L-istejjer u l-esperjenzi ta' nista li għaddew mill-esperjenza tal-abort għandhom is-saħħa jegħlbu l-istigma assoċċjata mal-abort. Break the Taboo Malta hija inzzjattiva li tippublika stejjer tal-abort minn Malta b'mod anonimu. Aqrahom fuq il-websajt tagħhom billi tagħfas fuq din il-link:
