top of page

Preterm Premature Rupture of Membranes (PPROM) - Meta jinfaqa' l-ilma qabel iż-żmien

Untitled design - 2021-09-11T204350.338.png

Preterm premature rupture of membranes (PPROM) huwa meta l-ilma tat-tqala jibda ħiereÄ¡ qabel it-37 Ä¡imgħa ta' tqala, u qabel ma jibda l-ħlas. Meta l-ilma jibda jintilef qabel l-24 Ä¡imgħa tat-tqala, dan jissejjaħ pre-viable PPROM, minħabba li f'dawn il-każijiet il-fertu ma jkun żviluppat biżżejjed biex jgħix barra mill-utru.

 

​

Kif tinduna jekk jinfaqa' l-ilma?

​

Mara tqila normalment tinduna li jkun infaqa' l-ilma meta tibda tara likwidu trasparenti ħiereġ mill-vaġina. Fil-kas ta' PPROM, l-ilma jibda' ħiereġ qabel ma jibda l-uġiegħ tal-ħlas. L-ilma jista' joħroġ jew kollu f'daqqa jew bħala tnixxiegħa żgħira ftit ftit.

​

It-tabib imbagħad jeżamina lill-mara bi strument sterelizzat jissejjaħ speculum, u jekk jinstab l-ilma tat-tqala ġol-vaġina d-dijanjosi ta' PPROM tkun ikkonfermata. Normalment isir ukoll ultrasound biex jara kemm baqa ilma fl-utru madwar il-fetu.

​

​

Kif jiġi trattat PPROM?

​

It-trattament ta' PPROM jiddependu fuq kemm hi avvanzata t-tqala.

​

F'każi ta' pre-viable PPROM, jiġifieri meta jinfaqa' l-ilma qabel 24 ġimgħa, sfortunatament iċ-ċans l-fetu jgħix ikunu baxxi, u jekk l-ilma jinfaqa' qabel 21 ġimgħa huwa rarissimu li l-fetu jsalva. Għalhekk, barra minn Malta, nisa li jsorfu pre-viable PPROM jiġu offruti għażla bejn abort jew perjodu ta' stennija biex jaraw x'jiġri.

​

Jekk l-ilma jinfaqa' bejn 24 u 37 ġimgħat tat-tqala, normalment it-tobba jirrikmandaw perjodu ta' stenninja u sorveljanza biex jaraw jekk it-tqala tkomplix b'mod naturali. Il-mara tqila tingħata antibiotics, steroids, u mediċini bħal magnesium sulfate li jgħinu l-fetu jiżviluppa.

​

Jekk l-ilma jinfaqa wara 37 ġimgħa, normalment it-tobba jinduċu l-ħlas u jwelldu t-tarbija.

​

​

Għaliex huwa riskjuż li jkollok pre-viable PPROM f'Malta?

​

F'Malta l-abort huwa illegali f'kull ċirkostanza, u mhemmx eċċezzjonijiet fil-liġi. Għalhekk, għallinqas teoretikament, tabib li jtemm tqala qabel 24 ġimgħa, jiġifieri qabel il-fetu ikun jista' jsalva barra l-utru, ikun qed jikser il-ligi.

​

Dan ifisser li tobba f'Malta ma jistgħux jintervjenu mill-ewwel f'każijiet ta' pre-viable PPROM, u jkollhom jistennew u jaraw x'jiġri mit-tqala. Meta t-tqala titkompla wara pre-viable PPROM, il-mara tkun f'riskju ta' infezzjoni serja li tista' tiswilha ħajjitha. Sfortunatament, nisa f'Malta f'din is-sitwazzjoni ma jistgħux jiġu offruti abort biex jevitaw dan ir-riskju għal ħajjithom.

​

​

Il-kas ta' Savita Halappanavar fl-Irlanda

​

Savita kienet mara ta' 31-il sena fl-Irlabnda li ddaħħlet l-isptar b'kumplikazzjonijiet tat-tqala meta kellha 17 ġimgħat tqala. L-ilma nfaqa wara ftit siegħat mindu ddaħħlet l-isptar. F'dak l-istadju tat-tqala huwa impossibbli li l-fetu jgħix, imma minħabba li dakinhar l-Irlanda kienet tipprojbixxi l-abort, it-tqala riskjuża ta' Savita ma setgħetx tiġi tterminata. Savita nnifisha staqsiet lit-tobba biex jitterminaw it-tqala biex ma tieħux risju, imma dawn ma setgħux jgħinuha minħabba li l-fetu kien għadu ħaj. Ftit ġranet wara, Savita qabdiha nfezzjoni serja (sepsis) minħabba l-kumplikazzjonijiet tat-tqala tagħha, u tilfet ħajjitha.

 

Il-kas ta' Savita huwa ġeneralment meqjuż bħala eżempju ċar ta' kif liġijiet li jipprojbixxu l-abort jostakolaw lit-tobba u ma jħalluhomx jittrattaw ċertu kumplikazzjonijiet tat-tqala, u b'hekk ipoġġu lin-nisa tqal f'risku serju. Ftit snin wara l-kas ta' Savita, il-poplu Irlandiż ivvota f'referendum biex jillegalizza l-abort.

​

​

Jekk għandek pre-viable PPROM u għandek bżonn l-għajnuna...

​

Jekk sofrejt xi kumplikazzjoni fit-tqala tiegħek qabel l-24 Ä¡imgħa, u tixieq tkun taf x'għażliet għandek inkluż l-abort, ikkuntattja lill-Family Planning Advisory Service għal parir dwar x'jista' jsir u r-riskji nvoluti.

​

bottom of page