top of page

Il-VaÄ‹Ä‹in kontra l-HPV u 
Cervical Screening

X'inhu l-HPV?

​

Il-human papillomavirus (HPV) huwa tip ta' virus li jiÄ¡i trasmess minn persuna għal ohra direttament - jiÄ¡ifieri meta l-Ä¡ilda infettata tħokk mal-Ä¡ilda ta' xi ħadd iehor, jew waqt is-sess inkluż is-sess orali. Iktar minn 170 tip differenti ta' HPV Ä¡ew skopruti. Ä ertu tipi ta' HPV jikkaÄ¡unaw felul (warts) fuq l-idejn, saqajn, il-Ä¡enitali kemm tal-irÄ¡iel u kemm tan-nisa, madwar il-warrani, kif ukoll Ä¡ieli fil-gerżuma. Tipi ta' HPV oħrajn huma iktar perikolużi, u jistgħu jikkaÄ¡unaw kanÄ‹ers fil-partijiet tal-Ä¡isem infettati, inkluż dak tal-għonq tal-utru (cervix). L-HPV huwa l-kaÄ¡un ta' kważi l-każijiet kollha ta' kanÄ‹er tal-għonq tal-utru, allura huwa importanti li wieħed jippreveni infezzjoni bl-HPV.

​

Infezzjoni b'HPV hija komuni ħafna u wieħed m'għandux għalfejn ikollu x'jaqsam sesswalment ma' ħafna partners biex jieħu infezzjoni. Fil-fatt il-maÄ¡Ä¡oranza tal-pubbiku jesperjenzaw infezzjoni b'xi tip ta' HPV f'ħajjithom, imma ħafna minn dawk affetwati ma jindunawx li ħadu l-virus.

​

​

Felula, wart

Felula (wart)

220px-5keq.png

HPV

Kif jista wieħed jevita infezzjoni bl-HPV?

​

It-tilqim huwa l-aħjar mod biex tevita infezzjoni bl-HPV, iżda kif diġa semmejna hemm diversi tipi ta' HPV u kull vaċċin joffri protezzjoni kontra numru limitat ta' HPV. Allura l-ebda vaċċin ma joffri protezzjoni totali kontra HPV, imma kull vaċċin jgħin biex inaqqas ir-riskju t'infezzjoni.

​

F'Malta bniet ta' bejn 12 u 14-il sena jiġu offruti żewġ dożi b'xejn tal-vaċċin Cevarix, li jipproteġi kontra l-iktar żewġ tipi ta' HPV perikolużi - it-tipi 16 u 18.

​

L-iżvantaÄ¡Ä¡ prinÄ‹ipali ta' Cerarix huwa li din toffri protezzjoni biss kontra żewÄ¡ tipi ta' HPV, u hemm tipi oħrajn li jistgħu jikkaÄ¡unaw kanÄ‹er. Teżisti vaÄ‹Ä‹in jisimha Gardasil 9 li toffri protezzjoni iktar kompluta kontra 9 tipi ta' HPV, u din tista' tinxtara privat.

​

AÄ¡Ä¡ornat: Mis-sena 2020, Gardasil 9 hija offruta b'xejn lill-bniet ta' 12-il sena minflok Cevarix.

​

Tfajliet ta' inqas minn 15-il sena jkollhom bżonn żewġ dożi ta' vaċċin kontra HPV - bit-tieni doża tingħata wara 6 xhur. Nisa t'iktar eta' jkollhom bżonn tliet dożi, bit-tieni doża tingħata xahar jew xahrejn wara, u t-tielet doża tingħata wara sitt xhur mill-ewwel waħda.

 

Gardasil 9 tqum madwar 150 EUR kull doża, allura kors ta' tilqim iqum madwar 450 EUR. Cevarix hija irħas u tinxtara madwar 80 EUR kull doża, bi prezz totali ta' madwar 240 EUR.

​

Il-vaċċin kontra HPV jista' ukoll jingħata lis-subien u rġiel sa' l-eta' ta' 26 sena.

​

Il-vaċċini ta' kontra HPV ma jikkaġunawx infertilita'. Din kienet biss qlajja li ġiet pruvata falza minn studji xjentifiċi.

​

Waqt is-sess, il-kondoms ukoll joffru xi ftit protezzjoni kontra HPV.

Gardasil 9

Cervical screening

​

Strateġija oħra li tnaqqas ir-riskju ta' kanċer tal-għonq tal-utru hija li kull ftit snin tittestja ċelloli mill-għonq tal-utru għal infezzjoni bl-HPV, u tara jekk hemmx ċelloli li bdew jinbidlu b'tali mod li jistgħu jiżviluppaw f'kanċer. It-test ta' screening tal-għonq tal-utru huwa magħruf ma' ħafna nies bħala l-PAP smear.

​

F'Malta hemm programm nazzjonali ta' screening li jinvita lin-nisa kollha bejn l-eta ta' 25 u 35 sena. It-test isir kull tliet snin sakemm il-mara tagħlaq 50 sena, u mbad jibda jsir kull 5 snin.

​

It-test li jsir huwa sepliċi u ma jdumx. Il-mara tiġi mitluba tinża mil-qadd 'l isfel u istrument jismu speculum jintuza biex jispezzjona l-għonq ta' l-utru. Imbgħad tiddaħħal qisha brush li tintuża biex tiġbor ftit ċelloli mil-għonq tal-utru, u dawn iċ-ċelloli jintbagħtu l-laboratorju.

​

Dan it-tip ta' screening jgħin biex jiġu evitati madwar 75% tal-każi ta' kanċer tal-għonq tal-utru. Iktar informazzjoni fuq dan tinstab fuq il-website tal-Ministeru tas-Saħħa:​

Cervical Screening f'Malta

​

Araw ukoll dan il-vidjow fuq ic-cervical screening:

bottom of page