top of page

Tqala fi Bniet Taħt l-Eta' u n-Nuqqas ta' Servizzi tal-Abort f'Malta

Tqala fi bniet taħt l-eta'

It-tqala u l-ħlas fi bniet taħt l-eta' huma assoÄ‹Ä‹jati ma ħafna riskji għaliex dawn il-bniet ikunu għadhom qegħdin jiżviluppaw u t-tqala tpoÄ¡Ä¡i stress kbir fuq Ä¡isimhom. Bniet tqal, li Ä¡ieli ikunu biss t'għaxar snin, huma iżjed f'riskju ta' pressjoni għolja waqt it-tqala, infezzjonijiet serji, u dipressjoni, li jistgħu iħallu effett negattiv fuq il-kumplament ta' ħajjithom. Fil-fatt, kumplikazzjonijiet mit-tqala u l-ħlas huma l-iktar kaÄ¡un komuni ta' mewt fi bniet adoloxxenti madwar id-dinja, skond l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa.

 

Il-liġi kif inhi f'Malta iġġiegħel lil dawn il-bniet taħt l-eta', li jkunu sfaw vittma ta' stupru u abbuż, li jżommu t-tqala u jwelldu. Dawn il-bniet m'għandhom l-ebda alternattiva għajr li jkomplu bi tqala li tpoġġi lil ħajjithom u saħħithom f'riskju serju.

 

Trabi li jitwieldu lil bniet taħt l-eta' huma iżjed f'riskju ta' twelid qabel iż-żmien (premature birth), li jitwieldu żgħar (low birthweight) jew li jkollhom kundizzjonijiet serji wara t-twelid b'konsegwenzi serji fil-futur.

 

L-UffiÄ‹ju tal-Kummissarju tat-Tfal f'Malta stqarr li l-enforzar tad-drittijiet għal dawk li ma tweldux jista' jkun ta' kunflitt mad-“dritt tal-ħajja, saħħa, u l-interessi tat-tifla li tkun tqila.” Din l-istqarrija ħarget wara li n-Nazzjonijiet Uniti għamlet numru ta' rakkomandazzjonijiet fil-kontfront ta' Malta, li inkludu l-provvista ta' servizzi tal-abort, u sapport wara l-abort, għal bniet taħt l-eta' f'Malta.

 

Aqra iżjed fuq ir-riskju tat-tqala li bniet taħt l-eta' fuq il-websajt tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (bl-Ingliz): https://www.who.int/news-room/fact-sheets/detail/adolescent-pregnancy

bottom of page