top of page

Problemi rigward il-Morning After Pill f'Malta

il-morning after pill ma tagħmilx abort

Il-morning after pill taħdem billi ma tħallix li ssir fertilizzazzjoni u għalhekk il-mara ma toħroÄ¡x tqila. M'hemm l-ebda evidenza xjentifika li turi li l-morning after pill taħdem b'modi oħrajn. Jekk il-mara tkun diÄ¡a' tqila, il-morning after pill ma tħarbatx it-tqala eżistenti, u għalhekk ma tikkaÄ¡unax abort. Il-morning after pill mhijiex pillola abortiva.

 

Iktar kemm il-morning after pill tittieħed malajr, iktar hemm ċans li taħdem. Għalhekk huwa importanti li din tkun aċċessibbli minn kull parti ta' Malta u Għawdex.

 

F'Malta l-morning after pill mhux dejjem hija faċli takwistaha. Ċertu spiżeriji ma' jġibuhiex u ċertu spiżjara jistgħu ma jibgħuhiex għal raġunijiet morali. Il-morning after pill għadha mhix disponibbli mill-isptar pubbliku. L-ispiżeriji li jbiegħu il-morning after pill mhux dejjem ikunu miftuħin, speċjalment fi Ħdud u festi, u mhux kulħadd jiflaħ għal-ispiża ta' morning after pill, li tqum madwar 25 EUR kull doża.

​

L-abort, anka f'każi fejn il-mara tkun vittma ta' stupru, huwa illegali u reat kriminali f'Malta. Għalhekk l-uniku mod kif vittma ta' stupru tista tevita li twelled f'Malta huwa billi tuża l-morning after pill. Dan jagħmilha iktar importanti li l-morning after pill tingħata fl-isptarijiet.

 

L-International Federation of Obstetrics and Gynecology hija favur li vittmi ta' stupru nisa jkollhom aċċess għal-morning after pill. L-Għaqda Dinjija Tas-Saħħa ħarġet linji gwida fuq il-vjolenza sesswali fl-2013, u dawn jinkudu rakkomandazzjonijiet ċari favur li tingħata l-morning after pill lin-nisa vittma ta' vjolenza sesswali.

 

L-edukazzjoni sesswali u aċċess għal metodi ta' kontraċezzjoni oħrajn huma essenzjali, għaliex il-morning after pill mhijiex il-metodu ideali biex tippreveni tqala meta s-sess ikun b'kunsens. Bħala organizzazzjoni aħna favur l-edukazzjoni sesswali kompluta, u kull tip ta' kontraċezzjoni moderna.

bottom of page