top of page

Informazzjoni fuq l-Abort f'Malta

Tobba Maltin jistgħu jagħtu informazzjoni fuq l-abort

Tobba u professjonisti oħrajn jistgħu jagħtu informazzjoni fuq l-abort mingħir l-ebda konsegwenza legali.

 

Dan mhux biss huwa legali, iżda hija etika tajba li tinforma sew u b'mod imparzjali lil dawk li jkunu jixtiequ informazzjoni fuq dan is-suġġett, biex ikunu jistgħu jieħdu deċiżjoni tassew infurmata.

 

Anka jekk tabib personalment ma jaqbilx mal-abort, dan għandu jirreferi lil dawk il-pazjenti li jistaqsu fuq dan is-suġġett għand tobba jew organizzazzjonijiet oħrajn. Ir-rieda tal-pazjent għandha tiġi rrispettata.

 

Id-dritt li tagħti informazzjoni lill-pazjenti fuq l-abort, anka jekk l-abort mhuwiex legali fil-pajjiż, huwa dritt protett mil-Konvenzjoni Ewopea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ikkonfermat dan id-dritt f'sentenzi fil-kontfront tal-Irlanda numru ta' snin ilu.

 

Il-Kodiċi Kriminali ta' Malta, għalkemm jagħmel l-abort illegali ġewwa Malta, ma jipprojbix li nisa jsiefu għal-abort f'pajjiżi fejn dan hu legali. Nisa li jkollhom abort marra minn Malta skond il-liġi tal-pajjiż barrani ma jistgħux jiġu mħarrka Malta.

​

Jekk tgħix Malta u tixtieq iktar informazzjoni fuq l-abort u servizzi tal-abort barra minn Malta, agħfas hawn.

bottom of page