top of page

L-Abort u s-Saħħa Mentali

L-abort ma jagħmilx ħsara lis-saħħa mentali

L-abort innifsu ma jagħmilx ħsara lis-saħħa mentali tal-mara.

Organizzazzjonijiet mediki u xjentifiċi ikkonkludew li m'hemm l-ebda prova li tindika li l-abort jagħmel ħsara lis-saħħa mentali tal-mara. L-ikbar riċerki dwar dan is-suġġet saru mill-Academy of Medical Royal Colleges (AMRC), l-American Psychological Association (APA) u Charles reviews, u dawn ir-riċerki kollha ikkonkludew li m'hemmx assoċċjazzjoni bejn l-abort u mard mentali.

 

Dan ma jfissirx li nisa li għaddejin minn tqala li ma jridux m'humiex f'riskju ta' problemi mentali, iżda meta wieħed jara x'jikkaġuna dawn il-problemi jsib li huma minħabba s-sitwazzjoni ħażina li tkun fiha l-mara, u mhux minħabba li din tagħżel li jkollha abort.

Sfortunatatment, attivisti konta l-abort sikwit jisħqu li l-abort innifsu jikkaġuna mard mentali serju. Dan mhux veru u m'hemmx evidenza xjentifika li tikkonferma dan. Laqqas m'hu veru li teżisti xi tip ta' "post-abortion syndrome" fejn nisa li kellhom abort isorfu minn xi torment psikoloġiku. 

Minn naħa l-oħra, studji wrew li ħafna nisa li kellhom abort iħossu sens ta' mistrieħ. Fl-aħħar mill-aħħar, id-deċiżjoni ta' jekk mara għandhiex jkollha abort jew le għandha teħodha l-mara nnifisha u ħadd iżjed, għaliex il-mara taf x'inhu l-aħjar għaliha.

Aqra wkoll din l-intervista li kienet ippubblikata fuq il-ġurnal l-Orizzont ma' Dr Christopher Barbara fuq dan is-suġġett:

Intervista Paġna 1

Intervista Paġna 2

bottom of page