top of page

L-Abort u l-Fertilita'

L-abort ma jaffetwax il-fertilita'

L-idea li l-abort spiss jikkaġuna ħsara fiżika lil mara, u li jista jwassal għal problemi ta' fertilita' fil-futur, hija idea żbaljata. L-abort, kemm dak li jsir bħala proċedura kirurgika, kif ukoll abort li jsir bil-pilloli abortivi, rari ħafna jwassal għal ħsara fit-tul.

 

Meta jsir fi kliniÄ‹i kompetenti, l-abort huwa proÄ‹edura mingħir ħafna riskji u ma jnaqqasx il-fertilita' futura tal-mara. Fi kliem ieħor, mara li jkollha abort għandha Ä‹ans normali li jkollha t-tfal fil-futur.

Meta l-abort ikun legali u jsir kif suppost, in-nisa jkollhom superviżżjoni u follow-up adegwat, u jekk jesperjenzaw xi kumplikazzjoni bħal infezzjoni tal-utru, din tiġi trattata u mfejqa malajr mingħir ma ssir ħsara permanenti.


L-abort huwa proċedura li ssir ta' spiss f'pajjiżi fejn hu legali, u nafu minn studji u stħarriġ li huwa proċedura li m'għandiex ħafna riskji. Fil-fatt, statistikament mara iktar għandha ċans ta' mewt minn kumplikazzjonijiet tal-ħlas milli minn kumplikazzjonijiet minn abort.

bottom of page