top of page

Abortion Doula Support Service

Abortion Doula Malta

Huwa importanti li n-nisa li jużaw il-pilloli tal-abort id-dar ikollhom aċċess għal informazzjoni tajba, u kura medika jekk ikun hemm bżonn - dan huwa skont il-gwida tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Irrispettivament mill-istatus legali tal-abort, nafu li mill-inqas mara waħda f’Malta kuljum tagħmel l-abort bil-pilloli, ħafna drabi waħedha fid-dar tagħha stess.

 

L-Abortion Doula Support Service huwa servizz ta' informazzjoni bit-telefon minn tobba favur l-għażla* li huma kapaċi jipprovdu informazzjoni qabel, waqt, jew wara abort bil-pilloli. Għal raġunijiet legali, ma jistgħux jipprovduk bil-pilloli tal-abort.

Tista' ċċempillhom fuq +356 20341683 jew +356 27782758. Jekk ma jkunux jistgħu jwieġbuk mill-ewwel, jekk jogħġbok ħalli messaġġ (voicemail) bin-numru tiegħek u jċempluk lura.

* Iż-żewġ tobba li jipprovdu dan is-servizz huma l-Prof Isabel Stabile u Dr Natalie Psaila.

Kurżità: X'inhi Abortion Doula?

Il-kelma "doula" toriġina mill-Grieg Antik u tfisser "mara li sservi." Fil-kuntest modern, doula tal-abort hija persuna mħarrġa li tipprovdi informazzjoni, għajnuna u appoġġ lin-nies li għaddejjin mill-proċess tal-abort.

bottom of page